Lokali Temp

Studju dwar il-bidliet fil-klima f’Malta u f’Venezja

Studju magħmul minn Dr.Charles Galdies jistabilixxi diversi fatturi dwar il-bidliet fil-klima fil-perjodi l-aktar popolari mat-turisti u jipparaguna s-sitwazzjonijiet ta’ Malta u ta’ Venezja.

Dr.Charles Galdies stabilixxa li ż-żieda ta’ 1.1C f’Malta u 1.7C f’Venezja huma kaġun tal-impatt dinji u klima aktar sħuna.
Jirriżulta li qed ikun hemm inqas siegħat ta’ viżibiltà ħażina u temp imqalleb qed jonqos waqt li qed jiżdied in-numru ta’ ġranet sħan li jkkaġunaw stress fost it-turisti. Dawn id-destinazzjonijiet qed jiġu effettwati pożittivament ukoll min-nuqqas ta’ riħ qawwi.

L-indiċi bijoklimatiċi wżati fl-istudju jistabilixxu li hemm deterjorazzjoni fl-ammont ta’ konfort element li jagħmel lil Malta destinazzjoni iktra attraenti.Fil-każ ta’ Malta fix-xhur l-aktar b’saħħithom tat-turiżmu qed ikun hemm żieda fit-temperatura ta’ 1.9C sal-2050 u 2.2C sal-2070 għal Awwissu fl-inqas każ mistħarrġa.