Futbol Sport

Is-suċċess ta’ Birkirkara jiddomina l-ġurnali Skoċċiżi

Birkirkara l-akbar sorpriża tal-bieraħ fl-Europa League. Ir-rebħa tat-tim Malti, u x-xokk li sofrew Hearts, għadu fuq fomm kulħadd.

Fis-sit uffiċjali tal-UEFA dalgħodu eżatt malli tidħol issib ritratt ta’ Birkirkara jiċċelebraw din ir-rebħa li wasslithom għat-tielet round tal-kompetizzjoni. “Birkirkara shine on night of shocks” jaqra t-titlu fis-sit tal-UEFA.

Minn naħa tagħhom il-ġurnali fl-Iskozja dalgħodu mimlija artikli ta’ kritika għal Hearts, li fl-ebda ħin tal-partita ma rnexxielhom jikkonvinċu kontra tim meqjus ħafna iżgħar minnhom. Il-gazzetti Skoċċiżi qed jirreferu għall-bieraħ bħala lejl ta’ frustrazzjoni li jrid jintesa’ malajr. U jgħidu li t-tim Malti ħareġ bl-unuri.

Birkirkara 2