Internazzjonali

Suspetti ta’ Ebola fi sptar f’Londra

epa04970041 A handout picture shows Scottish healthcare worker Pauline Cafferkey at the Royal Free Hospital in London, England, 24 January 2015. Pauline Cafferkey, the nurse who contracted Ebola while working in Sierra Leone, had made a complete recovery and been discharged from the Royal Free Hospital. According to media reports on 09 October 2015, Pauline Cafferkey is back in isolation after she suffered an 'unusual late complication.' EPA/LISA FERGUSON / SCOTLAND ON SUNDAY / HANDOUT UK AND IRELAND OUT HANDOUT EDITORIAL USE ONLY/NO SALES

Infermiera Skoċċiża li spiċċat infettata bil-virus tal-Ebola waqt li kienet qed taħdem fi Sierra Leone ddaħħlet mill-ġdid fl-isolation unit ta’ sptar f’Londra wara li żviluppatilha kumplikazzjoni mhux tas-soltu.
Kelliema għall-NHS Greater Glasgow and Clyde, li joffri s-servizzi tal-isptar lill-komunitajiet u r-reġjun, ikkonfermaw li l-virus jinsab fl-infermiera, iżda qalu li dan kien ‘element li għad fadal mill-infezzjoni oriġinali’.
Mhux maħsub li l-infermiera, li jisimha Pauline Cafferkey(ritratt), tista’ tinfetta lin-nies f’din il-kundizzjoni. Intant, din il-mara ta’ 39 sena, li hi residenti ta’ South Lanarkshire, twasslet lura bl-ajruplan lejn l-isolation unit tar-Royal Free Hospital ta’ Londra.
Fil-bidu tas-sena, Cafferkey kienet damet kważi xahar rikoverata f’dik it-taqsima tal-isptar wara li mardet bl-Ebola, f’Diċembru li għadda.
Il-kelliema għall-NHS Greater Glasgow and Clyde qalu li l-infermiera, nhar it-Tlieta, iddaħħlet l-isptar fi Glasgow wara li ħassitha ma tiflaħx u hemm ingħatat it-trattament dovut fit-taqsima għall-mard li jittieħed. Hi, imbagħad, twasslet fir-Royal Free Hospital, bit-tobba jfissru ċ-ċirkostanzi tagħha bħala riżultat ta’ kumplikazzjoni dovuta għall-infezzjoni mill-virus tal-Ebola. Madankollu, l-aħħar bullettin sostna li l-livell ta’ sogru għall-pubbliku hu wieħed baxx ħafna.