Lokali

Tabib ta’ 45 sena jinstab mejjet f’dar f’Tas-Sliema

Raġel Serb ta’ 45 sena llum nstab mejjet fir-residenza tiegħu fi Triq in-Nazzarenu f’Tas-Sliema.

Jirriżulta li r-raġel hu l-istess wieħed li ftit jiem ilu tressaq il-Qorti akkużat li seraq mediċina għal kontra l-uġiegħ matul it-tqala mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Ir-raġel kien rappurtat nieqes mill-kollegi tiegħu wara li dan ma’ marx għax-xogħol u b’hekk il-Pulizija marret fuq il-post, sgassat il-bieb, u sabet lir-raġel mejjet.

Mill-ewwel indikazzjonijiet ma’ jirriżultax li l-vittma kellu marki ta’ vjolenza u li ħadd ieħor ma kien involut f’dan il-każ. Madankollu xorta waħda se ssir awtopsja biex tistabbilixxi l-kawża tal-mewt tiegħu.