Kurżitajiet

Taf li Google ilha magħna 18-il sena?

Il-website tal-Google illum tagħlaq 18-il sena. Il-ġgant fid-dinja tat-teknoloġija globali tiċċelebra għeluq snina propju illum, 27 ta’ Settembru.

Il-kumpanija kienet twaqqfet fl-1998 minn Larry Page u Sergey Brin.

Ironikament, għad hemm dubju dwar id-data eżatta ta’ dan it-twelid. Dan għaliex hemm min jgħid illi kien is-26 ta’ Settembru meta propjament inħolqot il-kumpanija Google.