Lokali

Taljan ta’ 18-il sena jittajjar f’San Ġiljan

Fl-ewwel ftit sigħat tal-ġurnata, żagħżugħ Taljan ta’ 18-il sena ttajjar minn karozza fi Triq Ġorġ Borg Olivier, f’San Ġiljan.  L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:30 ta’ dalgħodu meta raġel ta’ 41 sena, mill-Kalkara, li kien qed isuq Opel Corsa saq fid-direzzjoni taż-żagħżugħ.

Iż-żagħżugħ ittieħed malajr b’Ambulanza l-isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi pero fortunatament mhux qiegħed fil-periklu tal-mewt.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għandhom għaddejjin.