Futbol Lokali Sport

It-Taljani u l-Iskoċċiżi f’pajjiżna għal logħba ta’ ħbiberija qabel l-Euro 2016

Fil-ġimgħat li ġejjin, pajjiżna se jkun qed jilqa’ żewġ timijiet Ewropej kbar, f’logħba ta’ ħbiberija qabel l-impenji tal-Euro 2016.

Dan hekk kif fid-29 ta’ Mejju, l-Italja u l-Iskozja se jiltaqgħu fl-Istadium Nazzjonali ta’ Ta’ Qali għal logħba ta’ ħbiberija qabel l-impenji tat-Taljani fi Franza.

L-ewwel dettalji dwar il-logħba tħabbru mill-Malta Football Association.

Aktar tard matul din is-sena, l-Iskozja se tilgħab kontra Malta fl-ewwel logħba ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018.