Lokali

Taqa’ għal isfel purtella mill-gallerija tal-Palazz fil-Belt

Ħadd ma weġġa’ meta purtella tal-injam tal-Palazz Presidenzjali waqgħet għal isfel. Il-każ seħħ ftit wara l-10.30am mill-gallerija li hemm fil-ġenb tal-Palazz, li jagħti għal fuq Pjazza Reġina.

NETnews.com.mt jinsab infurmat li fortunatament ħadd ma weġġa’ fl-inċident. Madankollu, l-inċident ħasad in-nies li kienu fil-Pjazza, anke minħabba l-ħoss qawwi li din għamlet.