Internazzjonali

Tarbija fl-Italja tmut fis-sħana ta’ karozza

Tarbija ta’ 18-il xahar mietet f’Vada f’Livorno wara li ntesiet minn ommha f’karozza. Mill-investigazzjoni tal-Pulizija, irriżulta li t-tifla damet bejn tlieta u erba’ sigħat minsija fil-karozza fix-xemx.
L-omm qalet li nsiet kompletament it-tifla u filwaqt li wasslet tifla oħra fi skola tas-sajf, insiet it-tarbija li suppost kellha tħalli f’ċentru apposta. Kien biss meta waslet ix-xogħol u kienet ħierġa għall-break li realizzat li kellha t-tifla fil-karozza.