Lokali

Tasal f’Malta training squadron tal-qawwa navali Ġappuniża

Bhalissa hawn Malta training squadron tal-qawwa navali Ġappuniża.

Il-bastiment tat-taħriġ Kashima u d-destroyers Setoyuki u Asagiri waslu Malta ftit tal-ħin ilu bħala parti minn mawra dinjija li telqet mill-bażi f’Tokyo fl-20 ta’ Mejju li għadda.

Il-flotta qasmet l-Oċean Paċifiku b’waqfiet fl-Istati Uniti u l-Panama qabel qasmet l-Oċean Atlantiku u żaret ir-Renju Unit, Franza il-Ġermanja u l-Litwanja biex eventwalment daħlet fil-Baħar Mediterran

Il-bastimenti se jkunu Malta sa nhar it-Tlieta u se jiftħu l-bibien għall-pubbliku it-Tnejn bejn l-10 u Nofsinhar u mis-1p.m. sal-4p.m. Filgħaxija Banda mill-qawwa navali Ġappuniża se tagħti kunċert fil-Barrakka ta’ Fuq. Il-kunċert jibda fis-7p.m.

B’kollox hemm 750 fizzjali u baħrin u 200 kadetti – 20 minnhom nisa – taħt il-kmand tal-Ammirall Hidetoshi Hiwasaki.

Wara Malta, il-flotta se tgħaddi mill-Kanal ta’ Suez b’waqfiet f’Djibouti, il-Kenja, Sri Lanka u l-Filippini.