Futbol Sport

Tasal l-uffiċjalità

MUNICH, GERMANY - AUGUST 13: Louis van Gaal of Bayern Muenchen and Jose Mourinho of Real Madrid chat prior to the Franz Beckenbauer Farewell match between FC Bayern Muenchen and Real Madrid at Allianz Arena on August 13, 2010 in Munich, Germany. (Photo by Sandra Behne/Bongarts/Getty Images)

Wara xhur ta’ spekulazzjoni u wara li llum rapporti mill-BBC ħabbru l-aħbar li Louis van Gaal tneħħa minn kowċ ta’ Manchester United, ftit tal-minuti ilu waslet l-uffiċjalità fuq is-sit uffiċjali tal-klabb.

Il-viċi Chairman eżekuttiv Ed Woodward irringrazzja lil van Gaal u lill-istaff tiegħu għax xogħol li għamlu fl-aħħar sentejn li laħqu l-qofol bit-12-il suċċess fl-FA Cup għal klabb suċċess li fisser unur f’erba’ pajjiżi għal van Gaal. Woodward kompla jgħid li van Gaal aġixxa bi professjonaliżmu kbir u b’dinjita matul iż-żmien tiegħu.

“Se jħallina b’legat li ta lil diversi plejers żgħażagħ, il-kunfidenza neċessarja fl-abiltajiet tagħhom fl-ogħla livell. Kull persuna fil-klabb tixtieq lilu suċċess fil-futur,” temmet l-istqarrija ta’ Woodward.

Is-sit uffiċjali ta’ Manchester United qal d-deċiżjoni fuq min se jkun is-suċċessur se titħabbar dalwaqt.