Lokali Sport

Tennista Maltija fl-ewwel post fir-rankings Ewropej

helena 2 new helena new

Helene Pellicano, tfajla Maltija ta’ 15-il sena lbieraħ rebħet il-Kampjonat Ewropew tat-Tennis taż-Żgħar 2016. Din ir-rebħa tfisser li għall-ewwel darba tennista Maltija rebħet dan il-Kampjonat u b’hekk se żżomm l-ewwel post fir-rankings Ewropej tar-tennisti tal-età tagħha.
Fil-finali tat-tennis li saret fir-Republika Ċeka, Helene għalbet lil Denia Hindova mir-Repubblika Ċeka stess.