Internazzjonali

Tensjoni fl-ajruport ta’ Frankfurt

epa05516427 Police forces operate at the airport after an incident in the security area at Terminal 1 of Frankfurt airport in Frankfurt on the Main, Germany, 31 August 2016. In the early hours of 31 August, parts of Terminal 1 had to be evacuated because a person had reached the security area of the airport without usual security checks, according to airport operator Fraport. EPA/BORIS ROESSLER

Kien hemm mumenti ta’ tensjoni fl-ajruport internazzjonali ta’ Frankfurt. Dan wara li mara qabżet waħda mill-miżuri tas-siġurta li kien hemm qabel ma wieħed jitla’ fuq l-ajruplan.
Il-każ wassal biex it-Terminal 1 ikun evakwat u afna titjiriet jiġu posposti. Kollox dam madwar sagħtejn qabel is-sitwazzjoni bdiet tirritorna lejn in-normal. Skont xi rapporti ntqal li basket li kienet qed iġġorr il-mara wassal biex idoqq ukoll allarm biex jikxef l-isplussiv.
Il-mara jidher li kienet akkumpanjata minn żewġt itfal u wara li kienet arrestata mill-Pulizija ma nstabu ebda splussiv fil-baskett li kienet qed iġġorr.