Internazzjonali

Terrimot ta’ qawwa 6.4 jolqot lit-Taiwan

Il-belt ta’ Tainan fit-Taiwan fl-aħħar siegħat intlaqtet minn terrimot li kejjel 6.4 fuq l-iskala Richter. It-terrimot seħħ għal ħabta ta’ l-erbgħa ta’ filgħodu, ħin tat-Taiwan jiġifieri għal ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija ħin Malti.

Fit-terrimot bosta bini għoli spiċċa mġarraf b’aktar minn 300 ruħ jisfaw midruba. S’issa dawk li tilfu ħajjithom jammontaw għal sebgħa fosthom tarbija għalkemm mhuwiex eskluż li din iċ-ċifra tkompli tgħola

Minn wara din it-theżiża fit-Taiwan diġa nħassu ħames theżiżiet żgħar oħra, magħrufa bħala ‘aftershocks’.

Anke il-belt kapitali Taipei, 300 kilometru l-bogħod ħasset it-theżiża.

L-ewwel indikazzjonijiet juru li ftit li xejn ser ikun hemm bżonn għajnuna fuq livell internazzjonali għalkemm iċ-Ċina diġa offriet l-assistenza tagħha.