Lokali

Tfajjel ta’ 16-il sena jinqabad isuq mingħajr liċenzja – L-Omm tallega li kien trattat ħażin mill-Pulizija

Arkivji

Illejla tfajjel ta’ 16-il sena nqabad mill-Pulizija jsuq mingħajr liċenzja wara li ġrew warajh bil-karozza tal-Pulizija sakemm twaqqaf u ġie arrestat.

Jidher li l-Pulizija għall-ewwel ippruvaw jwaqqfu liż-żagħżugħ fil-Ħamrun, iżda dan ħarab u ġrew warajh sakemm aktar tard ġie arrestat il-Belt.

Omm it-tifel, li waslet fuq il-post tal-inċident, qalet li t-tfajjel kien trattat ħażin mill-Pulizija.

Dan it-tfajjel huwa ħu t-tifel ta’ tnax-il sena li nqabad għal diversi drabi jsuq karozza mingħajr liċenzja.