Lokali

Tfajla l-isptar wara inċident f’Sa Maison

Tfajla ta’ 22 sena residenti l-Fgura ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura wara inċident li seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq Marina fl-inħawi ta’ Sa Maison. Il-Kundizzjoni tagħha għadha mhiex magħrufa.

Jidher li fl-inċident kien hemm involuti vettura tat-Citroen C2 misjuqa minn mara ta’ 64 mill-Pieta’ u vettura oħra tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn ġuvni ta’ 25 sena miż-Żejtun. Fil-karozza Vitz kien hemm passiġiera t-tfajla ta’ 22 sena.

Sadanittant it-triq direzzjoni Msida hi magħluqa.

Fil-post inġema’ ħafna traffiku u għalhekk hu tajjeb li wieħed jipprova jevita dawn in-naħat.

Aktar dettalji kif jaslulna.

13639596_10153885938492972_686904936_o