Lokali

Tfajla Maltija tintagħżel biex tagħmel diskors quddiem ir-Reġina Eliżabetta II

Iż-żagħżugħa Maltija Sara Ezabe intagħżlet biex tkun hi li tindirizza lir-Reġina Eliżabetta t-II waqt il-Commonwealth Service f’Westminster Abbey, fl-14 ta’ Marzu.

Ezabe, flimkien ma’ Annabelle Xerri huma fost 60 żagħżugħ u żagħżugħha mill-pajjiżi tal-Commonwealth li se jkunu qed jingħataw rikonoxximent mir-Reġina tar-Renju Unit.

Ir-rikonoxximent jippremja dawk iż-żgħażagħ b’kwalitajiet eċċezzjonali ta’ tmexxija. Filfatt, il-premju jismu ‘Queen’s Young Leaders Award’ u se jippremja lir-rebbieħa għall-isforz tagħhom biex jagħmlu bidla għall-aħjar fil-komunitajiet rispettivi tagħhom.