Lokali

Tfajla taqa’ tliet sulari

Tfajla Svizzera ta’ 18-il sena sofriet ġrieħi gravi wara li waqgħet għoli ta’ tliet sulari minn fuq bejt ta’ residenza fl-Imġarr.

Fi stqarrija, l-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.30 a.m. meta għal xi raġuni, waqgħet għoli ta’ madwar tliet sulari fi Triq il-Vanilja u ġiet ġo xaft.

Fuq il-post issejjħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ tim mediku li assistew lill-vittma. Hi ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard kienet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.