Lokali

Tibda l-iskola…u jibda t-traffiku!

Il-ftuħ tas-sena skolastika ġabet magħha żieda fit-traffiku f’diversi inħawi ta’ Malta partikolarment fil-Marsa u Raħal Ġdid kif ukoll fl-inħawi ta’ Triq Reġjonali.

Jidher illi dalgħodu l-iskejjel fetħu b’mod normali, mingħajr ebda intoppi partikolari.

Mhux l-istess jista’ jingħad għat-toroq, fejn ġew innotati sriebet twal ta’ karozzi f’Ħ’Attard, il-Mosta, il-Fgura, Ħal Qormi u anke l-Imsida u l-Kappara.

Illum ħafna ġenituri telqu kmieni mid-dar biex iwasslu t-tfal fil-ħin, filwaqt li oħrajn ħasbulu kmieni ħalli ma jinqabdux fil-ġenn tat-traffiku. Madankollu, mis-6am kien hemm diġa’ diversi partijiet tal-pajjiż fejn it-traffiku kien wieħed evidenti.