Lokali

Tifel ta’ 12-il sena jerġa’ jinqabad isuq fil-Ħamrun

Għat-tieni darba konsekuttiva tifel ta 12-il sena nqabad isuq karozza tat-tip BMW fil-Ħamrun.

Il-każ seħħ is-Sibt waranofsinhar fi Triq Mile End.

Dan huwa l-istess tifel li xi ġranet ilu kien inqabad mill-Pulizija isuq karozza b’veloċità eċċessiva u kien twaqqaf fi Triq Mountbatten fil-Ħamrun stess.

Ritratt: TVM.com.mt