Lokali

Tifla ta’ 12 -il sena ssofri feriti gravi wara li ntlaqtet minn ċavetta

Tifla ta’ tnax-il sena, is-Sibt filgħaxija kellha tittieħed b’ambulanza l-isptar Mater Dei wara li ntlaqtet f’għajnejha b’ċavetta.

L-inċident seħħ, għal ħabta tad-8:45 ta’ filgħaxija, fi Pjazza Ħelsien, meta tifel parti mill-grupp ta’ ħbieb tal-vittma kien qed jilgħab b’ċavetta u aċċidentalment ħarbitlu minn idejh fid-direzzjoni ta’ għajnejha. B’konsegwenza ta’ dan it-tifla weġgħet gravi tant li kellha tissejjaħ immedjatament ambulanza. L-Pulizija għenet billi eskortat lill-ambulanza sa Mater Dei, fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri feriti ta’ natura gravi.

Iktar tard infetħet inkestja bil-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke, li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.