Ambjent Kurżitajiet Lokali

Tigra twelled f’park tal-annimali eżotiċi f’Malta

Matul il-lejl li għaddha għal ħabta ta’ 12:05am, tigra fil-park tal-annimali eżotiċi fl-Imtaħleb welldet minn tal-anqas żewġt ifrieħ.

It-twelid ta’ dawn iż-żewġt ifrieħ seta’ jiġi segwit permezz ta’ xandira diretta fuq is-sit elettroniku wildlifepark.com.

Kelliem għal dan il-park tal-annimali eżotiċi saħaq li permezz ta’ din l-inizjattiva kien hemm ix-xewqa li tingħata opportunita’ sabiħa u rari lill-pubbliku Malti biex isegwi t-twelid ta’ dawn l-annimali eżotiċi.

Ftit wara t-twelid tal-frieħ it-tigra dehret taqbad b’ġentilezza kbira lil ferħ filwaqt li f’mument ieħor mill-isbaħ it-tigra bdiet tmelles b’ilsiena lill-wieħed mill-frieħ.