Lokali

Tikber ir-rabja fost il-bejjiegħa tal-monti

Il-bejjiegħa tal-monti fil-Belt qed jinsistu li l-Ministru Chris Cardona għandu jonora ftehim li sar magħhom fl-2014 sabiex jinstab sit alternattiv għall-bankarelli tagħhom.

Dan il-ftehim ħareġ fid-dawl ilbieraħ, għaliex sa issa konna nafu biss fil-qbil li kellu il-Partit Laburista lejlet l-elezzjoni ġenerali ma’ dawn l-istess bejjiegħa. Il-ġurnal Times of Malta qed jirrapporta illi jekk il-Gvern ma jsibx sit alternattiv se jidħol f’ħafna problemi.

L-avukat tal-bejjiegħa tal-monti, Claire Bonello, qed tgħid ukoll illi mhux il-bejjiegħa kollha ġew infurmati b’laqgħa li saret ilbieraħ mill-Ministeru ta’ Chris Cardona.