Rugby Sport

It-tim nazzjonali Malti jirbaħ ir-Rugby Europe Sevens

 

It-tim nazzzjonali Malti tar-Rugby Sevens kiseb riżultat prestiġġjuż meta rebaħ ir-Rugby Europe Sevens Conference 2 b’rebħa b’mod konvinċenti ta’ 19-0 fil-finali kontra l-Montenegro.

It-tim Malti kien fil-kontroll matul it-tournament fejn is-Sibt, il-Maltin spiċċaw l-ewwel fi Grupp B b’rebħiet kontra l-Montenegro, l-Estonja u l-Belarus u spiċċaw b’differenza ta’ 85 gowl.

Fis-semifinali, it-tim Malti għeleb lit-tim fiżikament b’saħħtu tal-Iżlanda fejn irnexxilhom isibu l-ispazji b’ħeffa kbira biex rebħu 19-0. Fil-finali, il-Maltin komplew bil-forma pożittiva biex rebħu l-kompetizzjoni għall-ewwel darba. B’din ir-rebħa, it-tim Malti ġie promoss għal Conference 1.

Minn naħa l-oħra, it-tim nazzjonali Malti tan-nisa wasal sal-finali tar-Rugby Europe Conference 1 li qed isir f’Sarajevo, iżda fil-finali tilfu 15-7 kontra l-Latvija. B’kollox 16-il tim ipparteċipa bil-Maltin jirbħu Pool C b’rebħiet kontra l-Awstrija, l-Andorra u l-Kroazja.

In-nisa Maltin għaddew għas-semifinali b’rebħa kontra l-Lussemburgu li rebħu Pool A biex wara li assiguraw post mal-aħħar erbgħa, għelbu f’konfront bilanċjat lis-Slovakkja bi try deċiżiv ta’ Beverly Sultana fl-aħħar sekondi.