Sport Sport Ieħor

It-tim nazzjonali Malti tat-Table Football se jikkompeti fit-Tazza tad-Dinja fil-Belġju

Fi tmiem il-ġimgħa, it-tim Nazzjonali Malti tal Malta Table Football Sport Association se jkun qed jirrapreżenta lill- Malta fit-Tazza tad-Dinja ta’ dan l-isport li qed tinżamm fi Frameries il-Belġju taħt l-awspiċi tal Federation of International Sports Table Football (FISTF).

Il-kontinġent se jħalli Malta nhar il-Ġimgħa 2 ta` Settembru u ser jitmexxa mill-President tal-assoċjazzjoni lokali Joe Zammit Pavia li s jkun ukoll qed jirrapreżenta lill-Malta bħala wieħed mill-membri tal-Bord tal-Federazzjoni internazzjonali bħala Viċi President / Segretarju Ġenerali.

Il-kontinġent huwa magħmul minn Charles Aquilina (Kaptan), Massimo Cremona, Jason Pisani, Angelo Borg, Derek Conti, Andrew Abela, Jurgen Balzan, Neil Mark Bonnici, Joseph Aguis & John Zammit. L-avveniment tat-tim se jintlagħab nhar il-Ħadd 4 Settembru.

Min-naħa l-oħra, l-avvenimenti individwali għandhom jintlagħbu nhar is-Sibt, fejn Charles Aquilina  Massimo Cremona, Jason Pisani u John Zammit se jikkompetu fl-Kategorija tal-veterani, Derek Conti, Angelo Borg u Andrew Abela se jikkompetu fil-Kategorija tal-Open, Neil Mark Bonnici se jikkompeti fil-Kategorija ta’ taħt id-19-il sena, Jurgen Balzan se jikkompeti fil-Kategorija ta’ taħt il-15-il sena u Joseph Agius se jikkompeti fil-Kategorija ta’ taħt it-12-il sena.