Internazzjonali Unjoni Ewropea

Tirranka l-kampanja dwar is-sħubija fl-Unjoni Ewropea fir-Renju Unit

epa04974821 Former Marks & Spencer department store chain chairman Stuart Rose launches the 'Stronger in Europe' campaign in London, Britain, 12 October 2015. Rose spoke to pro EU campaigners and the press launching the campaign to keep Britain in the EU ahead of a proposed referendum in 2016. EPA/ANDY RAIN

L-eks-Kap Eżekuttiv ta’ Marks & Spencer Stuart Rose se jmexxi l-kampanja biex jikkonvinċi lill-elettorat tar-Renju Unit biex jibqa’ fl-Unjoni Ewropea.
Dan hekk kif issa bdiet tirranka l-kampanja għar-referendum dwar dan is-suġġett. Dan ir-referendum kien fil-manifest elettorali tal-Partit Konservattiv tal-Prim Ministru David Cameron u aktarx isir fl-2017, wara 40 sena ta’ sħubija.
Rose se jmexxi l-kampanja’Britain Stronger in Europe’. Il-kampanja għandha l-appoġġ tal-eks-Prim Ministri Ingliżi John Major, Tony Blair u Gordon Brown, kif ukoll diversi personalitajiet oħra Ingliżi.
Il-Prim Ministru Cameron qal li kien se jargumenta favur li l-pajjiż jibqa’ membru tal-Unjoni Ewropea sakemm hu jkun jista’ jinnegozja termini aħjar għas-sħubija tal-pajjiż.
Hemm żewġ gruppi li qed imexxu l-kampanja favur il-ħruġ, imlaqqma ‘Brexit’: ‘Vote Leave’ u ‘Leave.EU’. Fil-każ ta’ ‘Vote Leave’, hemm politiċi kemm Konservattivi kif ukoll Laburisti, kif ukoll Douglas Carswell, l-uniku membru parlamentari tal-UKIP. Il-grupp ‘Leave.EU’ hu ffinanzjat minn donatur sinjur tal-UKIP.