Internazzjonali

Titwieled l-ewwel tarbija fl-Ewropa affetwata bil-virus Zika

Ilbieraħ, ġiet irreġistrata l-ewwel tarbija fl-Ewropa li twieldet b’kundizzjoni kkawżata bil-virus Zika.
L-isptar Vall d’Hebron f’Barċelona fi Spanja qal li omm it-tarbija ntlaqtet mill-virus taz-Zika meta kienet waqt btala fl-Amerika Latina.
Għalkemm Spanja kellha mal-190 każ ta’ Zika sa issa, jidher illi din it-tarbija hija l-ewwel tarbija fl-Ewropa li ġiet irreġistrata li tbati mill-effetti tal-virus Zika.