Internazzjonali

Tkompli tiżdied it-tensjoni fil-Korea

epa05149174 (FILE) An undated file picture released by the Rodong Sinmun, the newspaper of the ruling North Korean Workers Party, shows North Korean leader Kim Jong-un saluting to military servicemen on a Navy ship, somewhere in North Korean waters, after inspecting a military landing drill participated by the People's Army's ground, naval, air and anti-air forces. The South Korean military fired warning shots at a military vessel from the North that crossed their maritime border on 08 February 2016, media reported. The boat crossed the disputed boundary around 6:55 am (21:55 GMT on 07 February) in the Yellow Sea, to the west of the peninsula, before retreating 20 minutes later after the South's navy fired five warning rounds, an unnamed Seoul military official was quoted as saying by reports. North Korean vessels frequently cross the Northern Limit Line, which Pyongyang argues should be further south. Tensions are high between the two Koreas, which remain technically at war after the 1950-53 conflict ended in a ceasefire and remains without a peace treaty. EPA/RODONG SINMUN SOUTH KOREA OUT

Ma tbatti xejn it-tensjoni fil-peniżola Koreana. Diġà hemm ħafna tensjoni wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-Korea ta’ Fuq sparat rokit bi ksur tal-ħafna sanzjonijiet li diġà hemm kontriha min-Nazzjonijiet Uniti.
Issa t-Tnejn, il-Qawwa tal-Baħar tal-Korea t’Isfel fetħet in-nar kontra bastiment tal-gwerra Korean wara li dan qasam il-fruntiera marittima.
Il-Ministeru tad-Difiża f’Seoul qal li l-bastiment mir-reġim tal-Korea ta’ Fuq mal-ewwel dawwar ir-rotta wara li kienu sparati ħames tiri fid-direzzjoni tiegħu bħala twissija.
Il-fruntiera marittima bejn iż-żewġ pajjiżi m’għandiex l-għarfien tar-reġim f’Pyongyang li jsostni li dan sar mingħajr konsultazzjoni miegħu min-Nazzjonijiet Uniti wara l-Gwerra tal-Korea tas-snin Ħamsin.
Iż-żewġ naħat spiss jilmentaw li xi bastiment militari tan-naħa l-oħra jkun qasam din il-fruntiera marittima u fl-1999, fl-2002 u fl-2009 kien hemm inċidenti pjuttost serji.
Bħalissa hemm livell ta’ allert għoli fost il-forzi tas-sigurtà tal-Korea t’Isfel wara l-isparar tar-rokit tal-Ħadd. Sparar li l-Gvern ta’ Seoul qal kienet skuża biex ir-reġim ta’ Pyongyang jipprova teknoloġija għall-missili nukleari li jistgħu jaslu distanzi twal, fosthom sal-Istati Uniti.