Lokali

Tlett ħaddiema l-isptar wara inċident ġo ristorant

Ritratt: Arkivji

Għall-ħabta tas-18,30 tal-lum tlett ħaddiema li kienu qegħdin jaħdmu fil-kċina tar-ristorant meta għal xi raġuni kien hemm xi nirien u kawża ta’ dan, Malti ta’ 36 sena, residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, Ċiniż ta’ 51 sena, residenti l-Imsida u Russa ta’ 30 sena residenti San Ġiljan sofrew xi ġrieħi u ttieħdu l-isptar Mater Dei.

Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Tas-Sliema ġew infurmati mill-Isptar Mater Dei li kienu ddaħħlu tlett persuni l-isptar wara li seħħ inċident ġewwa Triq ix-Xatt, tas-Sliema.

Iżjed tard ir-raġel ta’ nazzjonalita’ Ċiniża ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura ħafifa, filwaqt li ż-żewġ persuni l-oħra ġew ċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ta’ natura gravi.