Lokali

Tlett nisa involuti f’inċident tat-traffiku fil-Fgura

Żewġ nisa ġarrbu ġrieħi wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq Żabbar fil-Fgura.

Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija jirriżulta li waħda min-nisa għandha 18-il sena mill-Ħamrun tilfet il-kontroll tal-mutur tat-tip Yamaha, laqtet is-central strip u baqgħet dieħla ġo vettura, li kienet misjuqa minn mara ta’ 25 sena minn San Ġiljan.

Ftit wara fuq il-post wasal tim mediku b’ambulanza li ħadu lis-sewwieq tal-mutur kif ukoll passiġġiera li kienet magħha, mara ta’ 20 sena minn Marsaskala, lejn l-isptar Mater Dei.