Lokali

RITRATTI: Tliet itfal jittieħdu l-isptar wara li inħarqu f’Birżebbuġa

Tliet itfal kellhom jittieħdu lejn l-isptar Mater Dei għall-kura wara li sofrew xi ħruq f’Birżebbuġa.

L-inċident tat-tliet subien seħħ fi Triq il-Bajja s-Sabiħa għall-ħabta tas-6:30 tal-Ġimgħa filgħaxija, fejn skont informazzjoni li kiseb netnews.com.mt, ir-raġuni għall-ħruq tat-tliet subien kien barbecue li kien qed isir f’gallarija ta’ appartament fil-viċinanzi.

Jirriżulta, li waqt il-barbecue xi likwidu li intefa lejn n-nar qabad u nfirex fejn baqa’ niżel għal isfel, u sfortuntatment spiċċa fuq it-tliet itfal li kienu qegħdin fuq il-bankina taħt il-gallarija tal-appartament jilgħabu.

Hruq Birzebbugia

Mal-ewwel fuq il-post waslu żewġ ambulanzi li ħadu lit-tfal lejn l-isptar Mater Dei għall-kura, wara li ingħataw l-ewwel għajnuna.

Il-kundizzjoni tat-tliet subien s’issa għadha mhux magħrufa. Il-Pulizija għadhom qed jinvestigaw il-każ.