Kurżitajiet

Tliet miljun dollaru għall-erbat ijiem xogħol

Qed ikun rapportat li l-attriċi Amerikana Julia Roberts ingħatat tliet miljun dollaru għall-erbat ijiem xogħol.
Dan b’rabta mal-parti żgħira li għandha fil-film ‘Mother’s Day’ li ħareġ għall-wiri l-Ħadd li għadda fl-Istati Uniti. Ta’ min igħid li Julia Roberts kienet diġà ssemmiet fl-aħbarijiet fil-passat għal affarijiet simili. Dan wara li fl-2000 kienet tħallset 20 miljun dollaru għall-parti tal-protagonista fil-film ‘Erin Brockovich’ u li kienet somma rekord għal attriċi