Lokali

Tlieta arrestati wara li qalgħu sensiela ta’ argumenti f’Paceville

Tlett persuni dalgħodu kienu arrestati mill-Pulizija wara sensiela ta’ argumenti li qalgħu f’Paceville.

Kien għall-ħabta tal-10 ta’ filgħodu meta l-Pulizija rċeviet sensiela ta’ telefonati mingħand diversi persuni, fosthom sidien ta’ ħwienet, li rappurtaw li kien hemm xi persuni li kienu qed jinstigaw u jivvintaw l-argumenti.

It-tlett persuni, tnejn minnhom irġiel ta’ nazzjonalità Libjana, l-ewwel intlemħu jaggredew xi persuni li kienu qed jistennew fuq il-‘bus stop’ li hemm biswit il-Ġnien Spinola.

Mal-irġiel kien hemm tfajla, li n-nazzjonalità tagħha mhijiex magħrufa. It-tlett persuni aktar tard kienu involuti wkoll f’argument ieħor fi Triq Santu Wistin f’Paceville.

It-tlett persuni madanakollu kienu arrestati mill-Pulizija iżda kienu rilaxxati ftit tal-ħin wara. Mhux magħruf jekk hux se jitressqu l-Qorti b’rabta ma’ dan il-każ.

Ritratt: Nicholas