Lokali

Filmat: “Kien bniedem vera ċajtier” – Ivan Cefai fuq Tony Dyson

Il-persuna li bena l-ewwel R2D2, ir-robot li jidher fi Star Wars, instab mejjet fid-dar tiegħu, fir-Rabat Għawdex, wara li kien ilu għall-aħħar jiem ma jagħmel kuntatt mal-ħbieb tiegħu.

L-R2D2, il-karattru fittizju tant popolari fi Star Wars, deher għall-ewwel darba fi Star Wars fl-1977.

Il-Professur Tony Dyson, li kien ilu għall-aħħar snin jgħix f’pajjiżna, kien magħruf għall-karattru mill-isbaħ tiegħu, bniedem ġentlom, ċajtier u dejjem lest biex jgħin kif jispjega il-ħabib il-ħabib tiegħu Ivan Cefai.