Internazzjonali

Traġedja oħra fil-Mediterran

RITRATT MILL-ARKIVJI

Traġedja oħra ta’ immigranti fil_Mediterran fl-ibħra bejn il-Libja u Sqallija. Dan wara li l-Ġimgħa nqalbet lanċa oħra u s’issa huma tal-anqas 45 dawk li mietu. Dan filwaqt li kien hemm 135 persuna li kienu salvati mill-qawwa tal-Baħar Taljana.

Hekk kif issa beda dieħel is-Sajf, il-vjaġġ żdiedu drastikament u magħhom anki t-traġedji. Din il-ġimgħa diġa kien hemm żewġ traġedji oħra.

Fl-istess ħin l-awtoritajiet Taljani ħabbru li bejn is-Sibt u l-Ħadd qed jitwasslu lejn Sqallija madwar 1,000 immigrant li kienu salvati.