Internazzjonali

Traġedja oħra ta’ immirganti bejn it-Turkija u l-Greċja

Traġedja oħra waqt vjaġġ tal-immigranti barra l-kosta Torka.
Dan wara li 33 persuna mietu wara li żewġ laneċ nqalbu waqt vjaġġ f’baħar imqalleb lejn il-Greċja. Sal-5 ta’ Frar, in-Nazzjonijiet Uniti stmat li 374 persuna mietu din is-sena waqt vjaġġi ta’ immigranti bejn it-Turkija u l-Greċja.
It-traġedji tat-Tnejn seħħew barra l-gżira Griega ta’ Lesbos fejn mietu 22 persuna u l-oħrajn barra l-gżira Torka ta’ Dikili.