Mużika

Tribali jsellmu l-memorja ta’ Kevin

Kevin Vella kien raġel li jispirak u li tassew għix il-ħajja bil-missjoni li “qatt m’għandek taqta qalbek”.

Kien dan il-kliem illi lissen Peter Paul, il-frontman ta’ Tribali waqt il-kunċert li sar ilbieraħ f’Ta’ Qali, fejn il-band sellmet il-memorja ta’ Kevin Vella illi miet ftit tal-ġranet ilu.

Għall-kunċert kien hemm preżenti l-mara ta’ Kevin, Rita Vella Borg, u anke omm Kevin. Il-folla miġbura infexxet ukoll f’ċapċipa kbira sabiex issellem il-memorja ta’ dan ir-raġel illi għal ħafna kien ispirazzjoni.

Kevin kellu 38 sena, u miet wara li kien ilu jiem rikoverat fl-Isptar Mater Dei.

Kevin se jibqa’ mfakkar għall-ħidma tiegħu matul ħajtu kollha sabiex iqajjem għarfien dwar il-kundizzjoni tal-muscular dystrophy, fejn waqqaf il-Muscular Dystrophy Group. Din il-kundizzjoni ddgħajjef is-saħħa tas-sistema musculoskeletali u ttellef mill-movimenti tal-persuna, partikolarment mill-mixi. Hu kien il-jbagħti minn din il-kundizzjoni mill-eta’ ta’ sena.

kevin vella1