Ewropa Lokali

Triq il-Kosta: Il-Kummissjoni Ewropea tikkonferma li kien hemm ksur tal-proċeduri

Il-Kummissjoni Ewropea kkonfermat li l-Gvern Malti ma mexiex mal-proċeduri kif sippost għall-proġett ta’ Triq il-Kosta. Minħabba li kien hemm ksur tar-regoli stabbili mill-Unoni Ewropea fir-rigward tal-użu tal-fondi Ewropej, il-Gvern Malti se jkollu jħallas 11-il miljun Ewro. Spiża li fl-aħħar mill-aħħar tittieħed mill-but tal-poplu Malti.

L-irregolarita’ titratta minħabba li l-ispiża kienet tammonta għal somma kbira, Transport Malta minflok għamlet offerta ppubblika biex tilqa’ t-talbiet għall-kuntratt tax-xogħolijiet fi Triq il-Kosta, l-awtorita’ innegozjat ma’ kumpanija waħda biss.

Kienu l-Qrati tal-Awdituri Ewropej li sena ilu investigaw din l-irregolarita, u fejn dan ir-rapport elenka din il-kwistjoni bħala: “eżempju ta’ falliment serju”.

Din hi l-ewwel darba li Gvern Malti tebba r-reputazzjoni tiegħu li ma osservax l-proċeduri fuq fondi Ewropej, minn mindu Malta saret membru tal-Unjoni Ewropea, iġifieri mill-2004 l’hawn.