Internazzjonali

Trump u Clinton ilestu għall-ewwel dibattitu

Hemm stennija kbira għall-ewwel dibattitu bejn il-kandidat Repubblikan Donald Trump u Hillary Clinton tal-Partit Demokratiku t-Tnejn filgħaxija.
Dan hekk kif l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika juri lil dawn iż-żewġ kandidati jinsabu ras’imb ras.

Skont l-istħarriġ tal-Washington Post-ABC News li ħareġ fi tmiem il-ġimgħa, Clinton kellha l-appoġġ ta’ 46 fil-mija filwaqt li Trump kellu l-appoġġ ta’ 44 fil-mija filwaqt li sitt fil-mija kienu jippreferu l-kandidati Gary Johnson tal- Libertarian Party u Jill Stein, tal-Partit tal-Ħodor li wkoll qed jikkontestaw l-elezzjoni.

Distakk wisq żgħir biex Clinton jew Trump iserħu moħħhom li se jirbħu.

Min-naħa l-oħra analiżi tal-istħarriġ tal-opinjoni pubblika l-ieħor sab li d-distakk ta’ Clinton fuq Trump hu ta’ bejn tnejn u l-massimu erba’ punti perċentwali.

Clinton u Trump it-Tnejn se jikkonfrontaw lil xulxin fl-ewwel dibattitu fil-Hofstra University f’ Long Island, b’ħafna tal-opinjoni li dan se jintrebaħ minn Clinton. Dan se jkun l-ewwel dibattitu minns ensiela bejn iż-żżewġ kandidati u hemm stennija kbira għal din ix-xandira.