Internazzjonali

Trump u Clinton jiltaqgħu għall-ewwel darba f’dibattitu Presidenzjali jaħraq

Iż-żewġ kandidati Presidenzjali fl-Istati Uniti, Donald Trump u Hillary Clinton, iltaqgħu fl-ewwel dibattitu Presidenzjali matul il-lejl li għadda (ħin ta’ Malta).

Waqt id-dibattitu, iż-żewġ kandidati ddiskutew numru ta’ suġġetti fosthom ix-xogħol, it-terroriżmu u t-tellieqa lejn il-White House, bil-kandidat Repubblikan jgħid li Clinton m’għandiex il-kwalitajiet biex tkun President tal-Istati Uniti.

Min-naħa tagħha, il-kandidat Demokratiku kkritikat lil Trump li ma jridx jiżvela kemm ħallas taxxi matul is-snin. Min-naħa tiegħu, Trump qal li se jkun qed jippubblika kollox ladarba jitlesta ‘audit’ li qed isir.

L-ewwel polls li saru wara d-dibattitu jindikaw li Clinton rebħet id-dibattitu, li rawh aktar minn 100 miljun telespettatur. Sa’ sigħat qabel il-programm, il-polls kienu qed juru li ż-żewġ kandiadti jinsabu ras’imb ras.