Internazzjonali

Twelid li jfisser qabża ‘il quddiem fl-istudju tal-ġenetika

Il-ġurnal New Scientist  żvela t- twelid tal-ewwel tarbija bil-proċess ġdid tal-fertilità magħruf bħala ‘three person’.

It-tarbija – tifel ta’ ħames xhur – qed jingħad li għandu ‘id-DNA tas-soltu’ ta’ ommu u missieru u parti żgħira mill-kodiċi ġenetika ta’ donatur.

It-tobba Amerikani ħadu l-pass bla preċ edent biex jaċċertaw li t-tfajjel ikun ħieles minn kundizzjoni ġenetika li ommu – mara mill-Ġordan – qed iġġorr fil-genes tagħha.

L-esperti qalu li l-pass jiftaħ is-siparju fuq era ġdida fil-mediċina u kapaċi jgħin lill-familji b’kundizzjonijiet ġenetiċi rari.