Lokali Saħħa

Twissija dwar persuni li qed jipprattikaw ta’ podoloġisti llegalment

L-Assoċjazzjoni tal-Podoloġisti ta’ Malta (APM) fi stqarrija esprimiet tħassib għan-numru dejjem jikber ta’ persuni li qed jagħmluha ta’ podoloġisti minkejja li mhumiex akkreditati biex jagħmlu dan ix-xogħol.

Huwa llegali li persuna tagħmilha ta’ podoloġista jekk l-ewwel ma tkunx għaddiet minn proċess rigoruż imfassal bil-liġi.

L-Assoċjazzjoni appellat lill-pubbliku biex joqgħod attent minn reklami li qed jintbgħatu permezz ta’ e-mail kif ukoll fuq il-media soċjali fejn persuni mhux kwalifikati qed jirreklamaw trattamenti mediċi għal numru ta’ problemi marbuta mas-saqajn.

Servizzi li qed jiġu reklamati fost l-oħrajn jinkludu t-tneħħija ta’ kallijiet.

l-APM appellat biex il-pubbliku joqgħod attent meta jfittex is-servizz ta’ podoloġija.

Podoloġisti akkreditati biex jagħmlu dan ix-xogħol għandhom ikollhom l-ittri “SRPod” li jindikaw li huma reġistrati.
Il-pazjenti għandhom dritt li jitolbu biex jaraw ir-reġistrazzjoni tal-podoloġista jew inkella li jirrifjutaw is-servizz tagħhom jekk ma jingħatawx prova li huma reġistrati.

Huwa llegali li persuna tagħmel dijanjosi u tagħti trattament ta’ kundizzjonijiet mediċi fis-sieq, jekk ma tkunx l-ewwel għaddiet minn proċess rigoruż ta’ akkreditazzjoni mfassal mill-‘Council of Professionals Complimentary to Medicine’ (CPCM).