Lokali

UFFIĊJALI: Jitħassar l-ispettaklu aerobatiku tal-Airshow

Il-kundizzjonijiet meterjoloġiċi xejn favoribbli, b’ħalbiet tax-xita li qed jaħkmu lil pajjiżna, wasslu lill-organizzaturi tal-Airshow Internazzjonali ta’ Malta biex iħassru l-ispettaklu aerobatiku li kellu jsir fuq iż-żona ta’ Smart City.

L-ispettaklu, li kien skedat li jsir bejn il-17:00 u s-19:30, kellu jinkludi l-wirja aerobatika tal-Pioneer, it-tim mill-Italja.

Fi stqarrija, l-organizzaturi tal-Airshow Internazzjonali ta’ Malta qalu li ħadu din id-deċiżjoni għal raġunijiet ta’ sigurtà.