Internazzjonali

Vapur umanitarju attakkat barra l-kosta Libjana

Il-Médecins Sans Frontières (MSF) ħabbret li vapur minn tagħha li qed ibaħħar barra l-kosta Libjana biex igħin lill-immigranti li jkunu qed jippruvaw jaqsmu lejn l-Ewropa, safa mira ta’ attakk.
Attakk li fih grupp ta’ irġiel armati minn fuq speedboat l-ewwel fetħu n-nar fuq il-vapur, il-Bourbon Argos, imbagħad telgħu abbord. Fil-frattemp, l-ekwipaġġ irnexxilu jistkenn f’safe room.
Il-grupp irġiel armati telqu mill-vapur wara madwar 50 minuta mingħajr ma serqu xejn u lanqas ma darbu lil ħadd u mingħajr ħjiel tar-raġuni tal-attakk.
Intqal li l-grupp li attakka l-vapur kien imħarreġ u armat sew.
Aktar f’IN-NAZZJON ta’ għada