Futbol Sport

Vella u Ghedin isejħu l-iskwadri proviżorji

Il-kowċis nazzjonali tat-tim tal-kbar Pietro Ghedin u ta’ taħt il-21 sena Silvio Vella sejħu l-iskwadri proviżorji għal partiti li t-timijiet nazzjonali jmisshom jilagħbu.

It-tim nazzjonali tal-kbar jilgħab kontra l-Ingilterra fit-8 ta’ Ottubru u kontra l-Litwanja fil-11 ta’ Ottubru, bid-difensur ta’ Valletta Jonathan Caruana hu sospiż għal partita kontra l-Ingilterra iżda xorta jinsab fl-iskwadra u jkun se jkun disponibbli għat-tieni partita fil-Litwanja. Nieqes mill-iskwadra hu l-winger ta’ Barnet Luke Gambin li tkeċċa fl-aħħar partita kontra l-Iskozja.

Għall-ewwel darba fl-iskwadra proviżorja ġie msejjaħ il-plejer ta’ Balzan Lydon Micallef, li flimkien mad-difensur ta’ Floriana Jurgen Pisani huma l-uniċi plejers li s’issa qatt ma lagħbu mat-tim nazzjonali.

L-iskwadra proviżorja magħżula minn Ghedin hi:

Gowlkipers: Justin Haber (Floriana), Andrew Hogg (Hibernians), Henry Bonello (Valletta)

Difensuri: Steve Borg (Valletta), Andrei Agius (Hibernians), Jonathan Caruana (Valletta), Zach Muscat (Arezzo), Alex Muscat (Sliema), Ryan Camilleri (Valletta), Jurgen Pisani (Floriana), Joseph Zerafa (Birkirkara), Clayton Failla (Hibernians)

Midfielders: Paul Fenech (Balzan), Bjorn Kristensen (Hibernians), Mark Scerri (Sliema), Gareth Sciberras (Birkirkara), Rowen Muscat (Birkirkara), Ryan Scicluna (Birkirkara), Steve Pisani (Floriana)

Attakkanti: Michael Mifsud (Valletta), Jean Paul Farrugia (Sliema), Alfred Effiong (Balzan), Andre Schembri (Boavista), Lydon Micallef (Balzan)

 

L-iskwadra magħżula tal-kowċ nazzjonali ta’ taħt il-21 sena huma għal partiti kontra l-Latvja fis-7 ta’ Ottubru u kontra l-Moldova fil-11 ta’ Ottubru. Iż-żewġ partiti jintlagħbu fil-Hibernians Stadium u jibdew fis-6.00pm.

L-iskwadra proviżorja magħżula minn Vella hi:

Gowlkipers: Matthew Calleja Cremona (Pembroke), Yenz Cini (Mosta), Jurgen Borg (Gżira United)

Difensuri: Samir Arab (Balzan), Cain Attard (Birkirkara), Jean Borg (Valletta), Michael Johnson (St. Andrews), Sam Magri (Dover), Karl Micallef (Pieta), Daniel Zerafa (Tarxien)

Midfielders: Myles Beerman (Rangers), Johann Bezzina (Hibernians), James Brincat (Birkirkara), Ryan Camenzuli (Floriana), Llywelyn Cremona (Valletta), Jake Grech (Ħamrun), Matthew Guillaumier (Birkirkara), Brandon Muscat (Pembroke)

Attakkanti: Siraj Arab (Pembroke), Jurgen Degabriele (Hibernians), Joseph  Mbong (Hibernians), Luke Montebello (Pembroke), Kurt Zammit (Tarxien)