Lokali

Wara l-filmat ta’ llum mill-ISIS: il-Ministru jirreferina għal stqarrija ta’ JUMEJN ilu

Il-Ministru tas-Sigurta’ Nazzjonali Carmelo Abela rrefera lil dan l-istazzjon għall-Istqarrija Ministerjali ta’nhar it-23 ta’ Novembru li saret fil-Parlament meta mistoqsi dwar il-filmat ġdid tal-ISIS li jindika lil Malta bħala wieħed mill-pajjiżi li jiffurmaw parti minn “koalizzjoni tax-xitan” kontra l-ISIS.

Dan l-istazzjon staqsa għall-ewwel reazzjonijiet tal-Ministru Carmelo Abela, jekk il-filmat ġdid fejn tissemma Malta jfissirx li pajjiżna qiegħed taħt theddida u kemm din hi realistika, kemm il-forzi tas-sigurta’ Maltin fil-preżent huma għall-altezza ta’ din is-sitwazzjoni u jekk fid-dawl ta’ dan hemmx xi tibdil b’rabta maċ-CHOGM.

Ir-risposta tas-Segretarja għall-Komunikazzjoni tal-Ministru Abela rreferietna biss għall-Istqarrija Ministerjali ta’ jumejn ilu, minkejja li l-filmat ħareġ illum.

Is-Segretarja tal-komunikazzjoni tal-Ministru Abela rrifjutat ukoll stedina biex ikun mistieden tal-programm li se jiddiskuti propju t-theddida terroristika.

12285888_10153800846787386_1596379371_n