Lokali

Wara s-sejba ta’ katavru f’Ħad-Dingli : “Għad m’għandnix konferma mill-Pulizija” – Il-qraba taż-żagħżugħ Ġermaniż li kien rrappurtat nieqes

Aġġornata

Wara s-sejba ta’ katavru f’Ħad-Dingli, il-famila ta’ Mike Mansholt qed tgħid li għalissa għad m’għandix konferma li l-katavru huwa taż-żagħżugħ Ġermaniż li fl-aħħar jiem kien rappurtat nieqes.

Dalgħodu, NETnews.com.mt attenda għal konferenza tal-aħbarijiet li fiha l-familja ħabbret dettalji dwar tfittxija koordinata għaż-żagħżugħ. Ftit wara li ħarġet l-aħbar li kien instab katavru f’Ħad-Dingli, il-familja telqet mil-lukanda fejn saret il-konferenza tal-aħbarijiet u ingħaqdu ma’ qraba oħra li kienu diġa nġabru f’Ħad-Dingli.

Filmat: Il-familja ta’ Mike Mansholt titlaq mil-lukanda fejn saret il-konferenza tal-aħbarijiet ftit wara li ħarġet l-aħbar dwar sejba ta’ katavru f’Ħad-Dingli

Anke permezz tal-paġna ‘Where is Mike’, il-familja saħqet li għalissa għad m’għandiex konferma li l-katavru hu filfatt ta’ Mike Mansholt.

Where is Mike - FB post

where is mike - FB post 2

NETnews.com.mt dalgħodu kien fl-istess lukanda fejn ftit tal-ħin ilu l-qraba indirizzaw il-media dwar dan il-każ.

Bħalissa, qraba ta’ Mike Mansholt jinsabu f’Ħad-Dingli biex jgħinu lill-Pulizija fl-identifikazzjoni tal-katavru.

Aktar: Agħfas hawn għall-aħħar żviluppi minn Ħad-Dingli