Internazzjonali

Wara t-terremot fl-Italja…tifel żgħir salvat minn taħt it-tiġrif

Ftit tal-ħin ilu ħarġet l-aħbar illi l-membri ta’ salvataġġ f’Pescara del Tronto ħarġu tifel żgħir minn qalb it-tiġrif tal-bini li waqa’ bit-terremot li laqat iċ-ċentru tal-Italja kmieni dalgħodu.

It-tifel ta’ 6 snin huwa tewmi, u ħuħ kien għadu maqbud taħt il-ġebel tal-bini imġarraf.

Dan it-tifel salvat huwa wieħed minn diversi persuni li ġew salvati f’ħidma li għadha għaddejja f’dawn il-ħinijiet.

Ħafna mill-villaġġi milquta f’dan it-terremot huma irħula żgħar ħafna, f’lokalitajiet remoti.