Internazzjonali

Wieħed mill-agressuri li ħanxar għonq is-saċerdot Franċiż kellu 19-il sena

Ġew ippubblikati ritratti ta’ wieħed mis-suldati tal-ISIS li lbieraħ ħanxar għonq qassis waqt li kien qed iqaddes fi Franza.

L-attakk sar ilbieraħ u xxokkja lill-poplu Franċiż wara li żewġ suldati tal-ISIS daħlu fi Knisja fil-limiti ta’ Rouen u ħatfu numru ta’ ostaġġi, fosthom is-saċerdot li spiċċa maqtul.

Skont rapporti fil-media, wieħed mis-suldati li ħanxar għonq is-saċerdot Franċiż kellu biss 19-il sena u ġie identifikat bħala Adel Kermiche. Kermiche inqatel mill-Pulizija fi tmiem l-operazzjoni tal-bieraħ.

Kermiche kien diġa ġie arrestat wara li pprova jaħrab minn Franza biex jingħaqad mal-ISIS fis-Sirja. Iżda l-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja tiegħu kienu jippermettu li jkun waħdu mingħajr superviżjoni f’ċertu ħinijiet.

Kermiche kien akkumpanjat minn suldat ieħor tal-ISIS li pparteċipa fil-qtil tas-saċerdot ta’ 84 sena. Iż-żewġ agressuri nqatlu mill-Pulizija.

father