Sport

William Chetcuti jirbaħ it-Tazza tad-Dinja tad-Double Trap f’Baku

Ftit tal-ħin ilu, William Chetcuti rebaħ it-Tazza tad-Dinja tad-Double Trap f’Baku l-Ażerbajġan.

Fis-semi-finali William Chetcuti laqat 29 minn 30 plattina, daqs it-Taljan Marco Innocenti.

Fil-logħoba għal midalja tad-deheb, Chetcuti u Innocenti laqtu 28 plattina kull wieħed u għalhekk il-kompetizzjoni kellha tiġi deċiża b’shoot-off, fejn finalment rebaħ il-midalja tad-deheb William Chetcuti.

Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lil William Chetcuti għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja tad-Double Trap

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija feraħ lit-tiratur Malti William Chetcuti, li ftit tal-ħin ilu, rebaħ il-medalja tad-deheb fit-Tazza tad-Dinja tad-Double Trap li saret f’Baku, l-Ażerbajġan.

Dan hu unur ieħor li mhux biss jagħmel ġieh għall-karriera mimlija suċċessi ta’ William Chetcuti, iżda għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Dik tal-lum hija t-tieni Tazza tad-Dinja li rebaħ William Chetcuti, wara li rebaħ l-ewwel waħda fil-karriera tiegħu fl-2011 f’Beijing.

William chetcuti Baku2

William chetcutiBaku1

william chetcuti